ċ-ċiklist Daniż, Magnus Cort (EF Education–EasyPost) rebaħ l-10 stadju tat-Tour de France li kien bejn Morzine u Megeve fuq distanza ta’ 148.5 kilometri.
Huwa għeleb l-isfida tal-Awstraljan Nick Schultz (Team BikeExchange–Jayco) li attakkah sal-aħħar fejn irreġistra ħin ta’ 3 sigħat, 18-il minuta u 50 sekonda.
Fit-tielet post temm l-Ispanjol Luis Leon Sanchez (Team Bahrain Victorious) b’distakk ta’ seba’ sekondi segwit mill-Amerikan Matteo Jorgensen (Movistar Team) u l-Olandiż Dylan van Baarle (Ineos Grenadiers).
Is-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) baqa’ l-leader tal-klassifika, b’ħin ta’ 37 siegħa, 11-il minuta u 28 sekonda.
Fit-tieni post hemm il-Ġermaniż Lennard Kamna (Bora–Hansgrohe) b’distakk ta’ 11-il sekonda.
Din it-tellieqa ġiet imwaqqfa mill-attivisti favur il-klima hekk kif kien fadal 36 kilometru għat-tmiem.
Dawn il-protestanti poġġew bilqiegħda fit-triq, lebsin t-shirt bil-kliem “Fadlilna 989 ġranet oħra”.
Hija kellha waqfien ta’ 10 minuti sakemm il-pulizija neħħew lil dawn il-persuni mit-triq.
Il-11-il stadju jsir l-Erbgħa bejn Albertville u Col du Granon fuq distanza ta’ 152 kilometri.