Iċ-ċiklist minn Lussemburgu, Bob Jungels (AG2R Citroen), rebaħ id-disa’ stadju tat-Tour de France fuq distanza ta’ 193 kilometru, meta rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 46 minuta u 39 sekondi.
Huwa rebaħ b’mod mill-aktar komdu meta temm b’vantaġġ ta’ 22 sekonda fuq l-eqreb rival, l-Ispanjol Jonathan Castroviejo (Ineos Grenadiers), segwit mill-kompatrijott tiegħu Carlos Verona (Movistar) u l-Franċiż Thibaut Pinot (Groupama-FDJ).
Pogacar baqa’ jżomm il-flokk l-isfar, jiġifieri, il-quċċata tal-klassifika b’ħin 33 siegħa, 43 minuta u 44 sekonda quddiem Vingegaard … b’vantaġġ ta’ 39 sekonda.
It-Tnejn hija ġurnata ta’ mistrieħ u għaldaqstant dan it-Tour jissokta t-Tliet bl-10 stadju li jkun bejn Morzine u Megeve fuq distanza ta’ 148.5 kilometri.