Il-Ministru Aaron Farrugia qal fil-parlament li ċ-Ċina ilha mill-2007 li tefgħet għajnejha fuq l-art f’Pembroke fejn se ssir l-ambaxxata Ċiniża.
Huwa qal li l-gvern Nazzjonalista kien emenda l-pjan lokali biex seta’ jsir dan u s-sit dejjem kien maħsub għall-żvilupp.
Huwa qal li jkun hawn min jistaqsi għaliex il-gvern ma jibdilx il-pjanijiet biex ċertu siti li daħlu f’żoni ta’ żvilupp ma jitreġġgħux lura imma għamilha ċara li hemm riperkussjonijiet legali u finanzjarji jekk isir dan.
L-art imsemmija f’dan l-iżvilupp hi stmata li fiha madwar 10,000 metru kwadru.