Fl-istaġun tas-sajf ta’ din is-sena, iċ-Ċina rat kemm temperaturi estremi ta’ sħana, kif ukoll għargħar devastanti. B’kuntrast mas-snin ta’ qabel, din is-sena l-għargħar laqat żoni fejn it-temp bħal dan ma kienx eżistenti qabel. Bosta xjenzati qegħdin iwaħħlu fit-tibdil tal-klima u qed iwissu li fadal iktar temp bħal dan fil-ġejjieni.
F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, resident li joqgħod fil-viċinanzi fejn intlaqtu mill-għargħar qal li f’ħajtu kollha, huwa qatt ma ra għargħar bħal dan. Huwa żied jgħid li l-familjari tiegħu u l-ħbieb jinsabu siguri minħabba li vvjaġġaw għal post aktar sigur.
Barra minn hekk, id-devastazzjoni fil-Provinċja ta’ Heilongjiang fiċ-Ċina kellha impatt kbir fuq il-provvisti tal-ikel għall-pajjiż kollu.
F’Ġunju, it-Tramuntana taċ-Ċina kienet qed tesperjenza temperaturi estremi, b’ġimgħa wara ġimgħa ta’ temperaturi jogħlew ‘il fuq minn 40 grad (104F).