Friday, December 27, 2024

Iċ-Ċina tagħti lil Malta 30 magna tan-nifs u 40,000 maskra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem ġewwa l-Isptar Mater Dei, l-eks Ministru Reno Calleja ppreżenta lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, bi 30 magna tan-nifs (respiratory health devices) u 40 elf maskra.

Is-Sur Calleja akkwista dawn il-magni u l-maskri bħala għotja lil Malta miċ-China Europe International Business School, u tliet għaqdiet ta’ ħbiberija fiċ-Ċina, dawk ta’ Beijing, ta’ Shanghai u ta’ Shandong. 

F’diskors qasir, Calleja rringrazzja lill-Ministru ta’ din l-attività għax b’hekk wera l-aprezzament pubbliku tiegħu lejn l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Huwa rringrazzja wkoll lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo u lill-Ambaxxata ta’ Malta fiċ-Ċina. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Fearne rringrazzja lis-Sur Calleja u lill-Għaqda tiegħu filwaqt li ħeġġeġ biex għadqiet oħra jagħmlu l-istess u fejn jistgħu jġibu għajnuna għal Malta. 

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Ċiniz Jiang Jiang. 

Ekonomija

Sport