Sunday, November 24, 2024

Iċ-Ċina tibda tittestja miljuni u tiżola eluf wara każijiet ta’ Covid-19 marbuta ma’ ħanut tax-xorb popolari

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat l-awtoritajiet tal-kapitali Ċiniża Beijing ħaddu azzjoni ta’ emerġenza bil-għan li jikkontrollaw imxija tal-Covid-19 li jidher li żvolġiet minn ħanut tax-xorb magħ­ruf għall-prezzijiet irħas u folol kbar. Kawża ta’ dan, miljuni ta’ persuni se jkunu qed jiffaċċjaw testijiet mandatorji filwaqt li eluf se jkunu qed jispiċċaw f’lockdowns. 

Dan kollu qiegħed iseħħ wara li fl-aħħar sigħat feġ­ġew 200 każ ġdid u nstab li l-persuni infettati kollha kellhom x’jaqsmu mal-Heaven Supermarket Bar li kien għadu kif reġa’ nfetaħ wara li l-ġimgħa li għaddiet tnaqqsu r-restrizzjonijiet.  Dan kollu qiegħed juri biċ-ċar li l-politika Ċiniża ta’ “żero-Covid” hija waħda li qed tfalli, u għadd ta’ esperti huma tal-fehma li jkun aħjar li kieku ċ-Ċina titgħallem minn pajjiżi oħrajn u tidra tgħix fil-virus. 

Sport