Saturday, November 23, 2024

Iċ-Ċina tiffaċċja aktar pressjoni dwar il-coronavirus; 116-il pajjiż jiffirmaw riżoluzzjoni għal investigazzjoni

Aqra wkoll

Iċ-Ċina kulma jmur qed tiffaċċja dejjem aktar pressjoni fir-rigward tal-pandemija tal-coronavirus hekk kif ir-Renju Unit ingħaqdet fis-seja internazzjonali għal inkjesta dwar kif iċ-Ċina kkontrollat l-imxija tal-virus.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bejn illum u għada se tkun qed iżżomm assemblea virtwali, il-President Amerikan Donald Trump mistenni li jagħmel kritika ħarxa fil-konfront tagħha.

Ir-Renju Unit intant qed jappoġġja riżoluzzjoni tal-Unjoni Ewropea li qed tħeġġeġ għal “evalwazzjoni imparzjali, indipendenti u komprensiva” tar-rispons internazzjonali għall-Covid-19.

Għalkemm ir-riżoluzzjoni ma tirreferix b’mod espliċitu għaċ-Ċina, bosta qed iqisu ir-riżoluzzjoni bħala l-bidu ta’ ġlieda twila dwar l-oriġini tal-marda.

Mill-inqas 116-il pajjiż iffirmaw ir-riżoluzzjoni – ferm aktar mir-rekwiżit ta’ żewġ terzi biex din tintlaqa’.

Il-WHO u bosta esperti jemmnu li l-virus oriġina minn suq fejn kienu qed jinbiegħu annimali selvatiċi.

Intant il-Ministeru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin qed jisħaq li huwa prematur li titnieda investigazzjoni dwar l-oriġini u l-imxija tal-virus, li ħalla aktar minn 300,000 vittma minn madwar id-dinja.

Sport