Il-gwerra kummerċjali madwar id-dinja kompliet bl-aqwa rittmu hekk kif iċ-Ċina issa qalet li se timponi tariffa ta’ 84% fuq l-importazzjoni kollha mill-Istati Uniti.
Dan seħħ hekk kif il-President Donald Trump għamel tariffa ta’ 125% fuq affarijiet li jkunu ġejjin miċ-Ċina. Fil-bidu din it-tariffa kienet ta’ 104%, iżda Trump qal li kellu jżid din it-tariffa għax skont hu ċ-Ċina wriet nuqqas ta’ rispett lejn is-swieq globali.
Fi żvilupp ieħor, il-President Trump ħabbar li kien se jagħti 90 ġurnata ċans qabel ma jidħlu t-tariffi fuq il-pajjiżi l-oħrajn.