Saturday, December 21, 2024

Iċ-Ċina twissi dwar sfidi ekonomiċi “immensi”

Aqra wkoll

Iċ-Ċina qed tiffaċċja sfidi ekonomiċi “immensi” hekk kif qed toħroġ mill-pandemija tal-coronavirus. Qal dan il-Prim Ministru Ċiniż Li Keqiang fid-diskors li għamel waqt il-ftuħ tas-sessjoni leġiżlattiva annwali li se tkun qed tara li żżid il-kontroll taċ-Ċina fuq Hong Kong.

Fid-diskors tiegħu Li tratta mill-ewwel it-tema tal-pandemija tal-coronavirus, u l-effetti li din se tkun qed tħalli fuq l-ekonomija Ċiniża.

“Attwalment il-pandemija għadha ma ġietx fi tmiemha, filwaqt li l-isfidi li qed niffaċċjaw biex nippromwovu l-iżvilupp huma immensi,” huwa qal. Fl-istess waqt qal li l-Gvern Ċiniż se jkun qed iżid l-isforzi biex jimminimizza t-telf li qed jirriżulta mill-virus.

Quddiem din “l-inċertezza kbira”, Li naqas milli jħabbar tkabbir ekonomiku għaċ-Ċina matul din is-sena.

Huwa tenna li Beijing se jkun qed jagħti prijorità biex jistabbilizza l-impjiegi u jassigura l-livell tal-għajxien.

Iċ-Ċina għadha qed tirkupra mill-pandemija tal-Covid-19 li rat il-bidu tagħha fil-belt ta’ Wuhan lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, u li sussegwentement infirxetmadwar id-dinja kollha.

Mat-33,000 persuna s’issa mietu kaġun tal-virus.

Ekonomija

Sport