Friday, December 27, 2024

Iċ-Ċina twissi lill-Istati Uniti li lesta tirritalja fuq interferenzi f’Hong Kong

Aqra wkoll

Iċ-Ċina llum wissiet lill-Istati Uniti li kull tentattiv min-naħa tagħha biex tagħmel ħsara lil interessi Ċiniżi se jintlaqgħu b’kontromossi deċiżi. Dan filwaqt li kkritikat id-deċiżjoni tal-Istati Uniti biex tibda twaqqaf it-trattament speċjali fil-konfront ta’ Hong Kong u kif ukoll azzjonijiet kontra studenti u kumaniji Ċiniżi.

Il-Parlament Ċiniżi l-ġimgħa li għaddiet ivvota biex jintroduċi leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà nazzjonli ta’ Hong Kong, deskritta mill-President Amerikan Donald Trump bħala traġedja għall-poplu ta’ Hong Kong. Trump żied jgħid li din il-leġiżlazzjoni tmur kontra l-wegħda li ċ-Ċina kienet għamlet li kienet se tissalvagwrdja l-awtonomija ta’ Hong Kong.

Intant Trump ordna lill-amministrazzjoni tiegħu biex jinbeda proess biex jiġi fi tmiemu it-trattament speċjali li l-Istati Uniti għandha għal Hong Kong, fosthom fuq kwistjonijiet relatati ma’ estradizzjoni u kontrolli fuq l-esportazzjoni.

Madankollu naqas milli jitlob għal waqfien immedjat tal-privileġġi li żammew lill-eks-kolonja Brittanika bħala ċentru finanzjarju dinji.

Kelliemi għall-Ministeru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin, Zhao Lijian (ritratt), oppona b’mod deċiż il-miżuri meħudin mill-Istati Uniti.

“Il-miżuri mħabbrin se jkunu qed jinterferizzu b’mod sever mal-affarijiet interni taċ-Ċina, filwaqt li jagħmlu ħsara lir-relazzjoni diplomatika bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Iċ-Ċina topponi bil-qawwa kollha dan kollu,” saħaq Zhao f’kummenti lill-ġurnalisti.

Ekonomija

Sport