Manav Sanger, il-Kordinatur tat-TCNs fi ħdan il-GWU, enfasizza li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom fiduċja fil-GWU u qed jersqu ’l quddiem b’aktar tama, jafu li hemm xi ħadd li se jappoġġjahom u jiggwidahom.
Qal li għal ħafna snin, il-ħaddiema li jwasslu l-ikel fid-djar affaċċjaw diffikultajiet kbar. Iżda bl-għajnuna tat-Taqsima tal-Ospitalità u Ikel fi ħdan il-GWU, immexxija mis-Segretarju Kevin Abela, dawn il-ħaddiema qed jiksbu ġustizzja u drittijiet ġodda.
“Il-GWU dejjem ipproteġiet lill-ħaddiema Maltin, u llum qed tipproteġi lilna. Meta l-ħaddiema jkunu trattati ndaqs u mħallsa l-istess, l-impjiegi jkunu protetti u r-rispett jikber għal kulħadd,” temm jgħid Sanger.

