Trump jgħid li “ċ-ċivilizzazzjoni kollha Iranjana se tmut illejla” jekk l-Iran jonqos milli jagħmel ftehim mal-Istati Uniti… Iżrael bit-twissija lill-poplu Iranjan biex illejla ħadd ma juża trasport pubbliku fosthom ferroviji.
L-Iran iwiegħed ġlieda kbira… Jgħid li llejla tista’ tibda t-Tielet Gwerra Dinjija u jwiegħed li jekk Trump iwettaq dak li qiegħed jgħid allura d-dinja se tispiċċa mingħajr żejt għal snin twal.
Intant fl-aħħar ħinijiet diversi servizzi pubbliċi fosthom dak tat-trasport tal-massa fl-Iran ħabbru li kienu se jwaqqfu s-servizz tagħhom.

