“Muntanja” ta’ skart ċediet f’inċident li seħħ il-Ħamis li għadda f’miżbla fiċ-ċentru tal-Filippini, li ħalliet mara ta’ 22 sena mejta u 38 persuna oħra għadhom rapportati nieqssa.
II-ħaddiema tas-salvataġġ salvaw 12-il-ħaddiem tas-sanità li kienu ndarbu f’dan l-inċident li seħħ fil-Miżbla ta’ Binaliw f’Cebu City. Aktar tard, dawn il-ħaddiema ddaħħlu l-isptar għall-kura.
Huwa mifhum li ħafna mill-vittmi huma persuni li jaħdmu f’din il-miżbla, bil-kawża tal-kollass għadha mhix ċara.
Madwar 300 persuna minn diversi aġenziji governattivi u gruppi ċivili ntbagħtu biex jassistu f’din il-miżbla privata. Diversi skavaturi, ambulanzi u vetturi tat-tifi tan-nar marru wkoll fuq il-post.



