Tuesday, April 30, 2024

Iċċedi parti minn triq bil-coach li kien qiegħed iġorr il-plejers ta’ Man. United

Aqra wkoll

Coach li kien qiegħed iġorr il-plejers nisa ta’ Manchester United spiċċa mġenneb wara li ċediet parti mit-triq f’Raħal Ġdid.

Mhux konfermat jekk fil-ħin tal-inċident kienx hemm il-plejers fuq l-istess coach hekk kif aktar kmieni bdiet il-logħba tant mistennija bejn Manchester United u Birkirkara.

Fost diversi kummenti fuq il-midja soċjali spikkaw dawk li qalu li dawn l-affarijiet jiġru biss f’pajjiżna u li żgur se jibqgħu jiftakruna. Oħrajn iġġustifikaw l-inċident u filwaqt li qalu li l-aqwa li ma weġġa’ ħadd, stqarru li min jgħid li dawn jiġru biss f’pajjiżna żgur li qatt ma mar f’pajjiżi oħra.

Intant aktar kmieni llum il-manager tat-tim ta’ Manchester United Marc Skinner qal li jħossu privileġġat li se jkun qiegħed jikkowċja lit-tim tiegħu kontra t-tim ta’ Birkirkara fit-Tony Bezzina Stadium.

Sport