Thursday, April 2, 2026

Iċċedi parti mit-Triq is-Simar fix-Xemxija… Il-BCA għaddejjin b’investigazzjonijiet

Aqra wkoll

Uffiċjali mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għaddejjin b’investigazzjonijiet fi Triq is-Simar fix-Xemxija wara rapport fuq il-Helpline 138 li kienet ċediet parti mill-istess triq.

Bħala miżura ta’ prekawzjoni l-BCA minnufih ordnat li t-triq tingħalaq kompletament bi struttura temporanja sakemm isiru l-investigazzjonijiet kollha neċessarji.

Il-BCA tfakkar dwar l-importanza tal-Helpline 138, linja aċċessibbli 24 siegħa kuljum għal dak kollu relatat mas-Saħħa u s-Sigurtà u l-Kostruzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport