Monday, September 29, 2025

IĊĊELEBRAT IL-ĠUBLEW TAL-FORZI DIXXIPLINATI 

Pulizija, suldati, pumpiera u gwardjani tal-ħabs f’parata u quddies 

Aqra wkoll

Il-Pulizija, il-Forzi Armati, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ilbieraħ iċċelebraw il-Ġublew tal-Forzi Dixxiplinati. Dan għamluh billi filgħodu ngħaqdu f’parata l-Belt Valletta li bdiet minn quddiem il-Parlament, baqgħet sejra tul Triq ir-Repubblika, sakemm waslu Misraħ San Ġwann. 

Wara din il-parata numru ta’ rappreżentanti tal-korpi dixxiplinati ħadu sehem fil-quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ikkonċelebrata mis-saċerdoti li jieħdu ħsieb il-kura spiritwali tal-membri tal-Forzi Dixxiplinati. Għal din il-quddiesa kien hemm preżenti l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri.

Fl-omelija l-Arċisqof Charles Scicluna għamel riflessjoni marbuta mal-festa liturġika tal-ġurnata – il-festa tat-tliet arkanġli Mikiel, Gabriel u Rafel. Spjega li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, li huwa essenzjali iżda diffiċli, jeħtieġu mhux biss il-protezzjoni tal-arkanġli u ta’ Alla, imma wkoll tal-Istat.

Filwaqt li l-Arċisċof għadda messaġġ ta’ tama u kuraġġ lill-korpi ta’ Malta, huwa fakkarhom biex il-forza jużawha biss biex iwettqu sentenzi tal-qrati u jiddefendu lil Malta bħala pajjiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport