Friday, July 26, 2024

Iċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Illum 19 ta’ Marzu titfakkar il-festa ta’ San Ġużepp li fejn f’pajjiżna tiġi ċċelebrata f’diversi rħula, fosthom anke fil-Belt Valletta.

Għall-ħabta tad-9.30a.m. saret quddiesa solenni tal-festa mmexxija mill-Provinjal fejn Dun Jonathan Debattista, il-Viċi Arċipriet tas-Siġġiewi niseġ il-panirierku.

Wara kien hemm il-marċ mis-Soċ. Fil. Naz. La Valette minn quddiem is-Sede tagħha sas-Santwarju Bażilika. Imbagħad kien hemm purċissjoni solenni bil-vara devota ta’ San Ġużepp bis-sehem tal-banda.

Din għaddiet minn toroq prinċipali tal-belt fejn mijiet ta’ turisti setgħu japprezzaw waħda mit-tradizzjonijiet Maltin.

Ekonomija

Sport