Saturday, December 28, 2024

Iċċelebrata l-MAPFRE Global Health Week

Promozzjoni tal-importanza tas-saħħa fiżika u mentali

Aqra wkoll

L-Inizjattiva MAPFRE Global Health Week, organizzata fil-kumpaniji kollha ta’ MAPFRE madwar id-dinja, ikkonkludiet b’suċċess din is-sena. L-avveniment, immirat biex iqajjem kuxjenza dwar is-saħħa, kif ukoll l-ambjent, kellu parteċipazzjoni b’saħħitha, b’ħafna impjegati involuti f’numru ta’ attivitajiet lil hinn mir-rutina normali tax-xogħol.

Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn it-timijiet tar-Riżorsi Umani u l-Marketing, ġew organizzati firxa diversa ta’ attivitajiet immirati lejn interessi differenti u li għenu biex jkun hemm aktar għarfien dwar is-saħħa fiżika u dik mentali, kif ukoll l-importanza ta’ impenn ambjentali.

Kienu organizzati numru ta’ taħditiet, fejn numru ta’ esperti tkellmu dwar aspetti tas-saħħa fiżika, prattiċi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), u iddiskutew kif l-impjegati jistgħu jagħmlu għażliet ta’ stil ta’ ħajja infurmati, waqt li jifhmu l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.

L-impjegati kellhom iċ-ċans wkoll jipparteċipaw f’ diversi attivitajiet, bħal mixjiet, eżerċizzju fiżiku bħal obstacle course racing u żjara f’razzett organiku. Dawn l-esperjenzi għenu biex l-impjegati jkunu aktar viċin tan-natura. Numru ta’ parteċipanti kellhom iċ-ċans igawdu ix-xenarju ta’ Dingli Cliffs, waqt sessjoni ta’ eżerċizzju fiżiku.

Biex jiġu promossi drawwiet tal-ikel tajjeb għas-saħħa, ġew organizzati klassijiet tat-tisjir, b’ tagħrif dwar kif bidliet żgħar fid-dieta kapaċi jkollhom impatt qawwi fuq is-saħħa fiżika.

Biex ikomplu fuq l-impenn ambjentali tal-organizzazjoni, bosta impjegati ipparteċipaw f’attivitajiet ta’ tindif ta’ bajjiet u l-preservazzjoni tal-inħawi naturali.

Ines Silva, Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani qalet li “Is-suċċess qawwi ta’ din l-inizjattiva hija
evidenti bil-parteċipazzjoni kbira tal-impjegati. Id-dedikazzjoni tal-kumpanija għall-promozzjoni ta’ forza tax-xogħol b’saħħitha kienet riflessa b’mod ċar fl-entużjażmu ta’ dawk li attendew”.

L-impenn ta’ MAPFRE għall-benesseri tal-impjegati u l-kuxjenza ambjentali huwa xhieda tal-viżjoni tal-kumpanija li trawwem kultura tax-xogħol pożittiva u li tħalli impatt. Is-suċċess tal-Ġimgħa tas-Saħħa bla dubju se jispira organizzazzjonijiet oħra biex jagħtu prijorità lis-saħħa tal-impjegati tagħhom.

Ekonomija

Sport