Friday, December 20, 2024

Id-19-il edizzjoni tal-kampjoni ta’ dinja fina – Budapest

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba fl-istorja żewġ atleti Maltin, Thea Blake u Ana Culic, se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fid-19-il Kampjonat Dinji FINA tal-Għawm Artistiku bejn is-17 u l-25 ta’ Ġunju f’Budapest, l-Ungerija. 

Huma qed jkunu akkumpanjati mill-Kowċ Nazzjonali Michelle Hubner u l-assistenta tagħha Hannah Preca Trapani.

Thea Blake u Ana Culic

L-atleti se jkunu qed jikkompetu fl-avvenimenti Solo u Duet. L-iskeda tal-avvenimenti tagħhom hija dettaljata hawn taħt:

  • 17 ta’ Ġunju: 09:00 Preliminari Tekniku Solo – Ana Culic (it-tielet atleta)
  • 17 ta’ Ġunju: 13:00 Dwett Tekniku Preliminari Grupp B – Thea Blake u Ana Culic (id-9 par)
  • 20 ta’ Ġunju: 09:00 Solo Free Preliminari – Ana Culic (ir-4 Bidu)
  • 21 ta’ Ġunju: 09:00 Duet Free Grupp Preliminari B – Thea Blake u Ana Culic (29 Par)

Il-Kampjonati ser jkunu qedin jintwerew fuq https://swimmingtv.live/

Joe Caruana Curran, President tal-ASA, ukoll ser jkun preżenti ġewwa Budapest jattendi l-Kungressi tal-FINA u l-COMEN.

Ekonomija

Sport