Id-Daniż, Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) rebaħ it-Tour de France ta’ din is-sena b’total ta’ 82 siegħa, 5 minuti u 42 sekonda.
Huwa kien segwit mis-Sloven Tadej Pogacar ( UAE Team Emirates) li temm seba’ minuti u 29 sekondi warajh.
Interessanti huwa l-fatt li dan huwa t-tieni suċċess konsekuttiv ta’ Vingegaard … wara li l-istess Pogacar rebaħ dan it-Tour għal darbtejn fuq xulxin – 2020 u 2021.
L-aħħar stadju, li kien bejn Saint-Quentin-en-Yvelines u Pariġi, f’Champs-Elysees, fuq distanza ta’ 115-il kilometru, intrebaħ mill-Belġjan, Jordi Meeus (Bora–Hansgrohe).
Huwa daħal f’linja dritta ma’ tliet ċiklisti oħra – Jasper Philipsen, Dylan Groenewegen u Mads Pedersen, li hija d-drawwa ta’ dan it-Tour fl-aħħar ġurnata tiegħu.