Iċ-ċiklist Daniż, Mads Pedersen (Trek-Segafredo) għeleb l-isfida tal-Britanniku Fred Wright (Bahrain Victorious) u tal-Kanadiż Hugo Houle (Israel-Premier Tech) biex rebaħ it-13-il stadju tat-Tour de France li kien bejn Le Bourg-d’Oisans u Saint-Etienne fuq distanza ta’ 193 kilometri.
Huwa rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 13-il minuta u 3 sekondi meta rebaħ bi frazzjoni ta’ sekonda fuq l-eqreb żewġ rivali tiegħu.
Id-Daniż, Jonas Vingegaard (Jumbo-Visma), baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta għandu ħin ta’ 50 siegħa, 47 minuta u 43 sekonda … b’vantaġġ ta’ 2 minuti u 22 sekonda fuq is-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emirates).
Illum isir l-14-il stadju fuq distanza ta’ 192.5 kilometri bejn Saint-Etienne u Mende.