Sunday, December 22, 2024

Id-Daniżi jivvutaw jekk iridux li pajjiżhom jissieħeb fil-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni tal-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Id-Danimarka kienet kisbet eżenzjonijiet mill-Politika Komuni ta’ Sigurtà u Difiża u mill-munita ewro f’referendum li kien sar fl-1993 dwar it-Tratt ta’ Masstricht, li wassal għall-Unjoni Ewropea kif nafuha llum. 

Il-poplu Daniż hu magħ­ruf li għandu ċertu xettiċiżmu lejn l-Unjoni Ewropea, iżda skont sondaġġi li saru jidher li l-poplu jrid li jissieħeb fil-Politika Komuni ta’ Sigurtà u Difiża. Jekk iseħħ, dan ikun żvilupp ieħor sinjifikanti fix-xena politika Ewropea wara l-invażjoni Russa fi Frar li għadda. Fl-aħħar ġimgħat ukoll kien hemm id-deċiżjoni storika tal-Iżvezja u l-Finlandja fejn dawn qablu li japplikaw għal sħubija fin-NATO. Apparti hekk, kemm id-Danimarka kif ukoll il-Ġermanja ħabbru li huma se jkunu qed iżidu b’mod sostanzjali n-nefqa fid-difiża. 

Il-kelliem tad-Difiża tal-Partit tas-Soċjalisti Demokratiċi tad-Danimarka, Mogens Jensen, qal li “Ovvjament, in-NATO tibqa’ l-iktar għodda importanti għalina, iżda l-Unjoni Ewropea tagħtina għodda oħra biex nipproteġu lilna nfusna fil-Lvant”. 

Esperti li tkellmu dwar dan l-aħħar żvilupp qalu li l-Unjoni Ewropea se tibbenefika ħafna jekk id-Danimarka tissieħeb fil-Politika Komuni ta’ Sigurtà u Difiża u dan minħabba l-esperjenza vasta li dan il-pajjiż għandu fl-operazzjonijiet militari tan-NATO. Vot “iva” jkun ifisser rebħa simbolika għal Brussell.

Ekonomija

Sport