Id-Deputat Laburista Clyde Caruana f’intervent fil-Parlament qal li l-prodott gross domestiku fid-dinja hu ta’ 5 fil-mija. Dan ifisser li din id-daqqa hi ħamsin darba akbar minn kemm kienet id-daqqa 12-il sena ilu.
Spjega li d-daqqa tal-kriżi finanzjarja baqgħet tinħass anke fis-snin ta’ wara u qal li għalhekk m’hemmx dubju li d-daqqa ta’ llum se tibqa’ tinħass għal ammont ta’ snin. “Dan ifisser li min qed jipproduċi, kellu waqfien tal-produzzjoni, jew kellu tnaqqis jew keċċa l-ħaddiema. Kellna miljuni ta’ ħaddiema li tilfu l-impieg għax in-nies waqfu jixtru.”
Saħaq li “grazzi għal politika ta’ għaqal li kellna fl-aħħar snin, dan il-gvern kien kapaċi li jagħti is-sostenn meħtieġ lill-ekonomija għal pajjiż kuntrarjament għal dak li ġara f’pajjiżi oħra. F’dan il-pajjiż il-qgħad baqa’ baxx. F’dan. il-pajjiż id-dejn baqa’ baxx. Dan ifisser li dan il-pajjiż jinsab ferm u ferm aħjar u hu importanti li l-pajjiż ma jaqtax nifsu. Assigurajna li n-negozji ikollhom il-likwidità meħtieġa. Rajna kif il-gvern jinjetta fl-ekonomija miljuni ta’ ewro. Rajna li jkun hemm moratorja biex in-negozji ma jaqtgħux nifishom. Ipposponejna il-ħlas tat-taxxi. Dan wassal biex ingħata in-nifs li tant għandha bżonn l-ekonomija.”