Wednesday, January 1, 2025

“Id-Dar tal-Providenza huwa post qaddis li fih naraw l-ħniena li Alla jrid minnha” l-Arċisqof Charles Scicluna 

Aqra wkoll

“Dan huwa post qaddis il-għaliex meta nkunu fid-Dar tal-Providenza inkunu qed naraw il-ħniena li Alla jrid minnha. Dan huwa post qaddis għax meta tiltaqa ma’ residenti hawnhekk, qed tiltaqa’ ma’ Kristu. Tkun qed taghmel pellegrinaġġ ma’ Ġesu. Ejjew nibdew din is-sena ingawdu din il-festa ta’ ħniena”.

Qal dan l-Arċisqof Charles Scicluna hekk kif fetaħ il-Maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza b’quddiesa fil-kappella tal-post.

Ta’ kull sena jkollok numru ta’ appelli minn ġenituri li kieku mhux għad-Dar tal-Providenza jibqgħu b’dik l-għafsa ta’ inċertezza f’qalbhom minħabba li mingħajrhom uliedhom ma jkollhomx min se jieħu ħsiebhom. 

Id-Dar tal-Providenza saret is-serħan il-moħħ ta’ ħafna ġenituri li jafu li ladarba huma ma jibqgħux fi stat li jieħdu ħsieb lil uliedhom, hemm persuni ddedikati li qegħdin jagħtu dinjità lil persuni b’diżabbiltà billi tagħtihom iċ-ċans li jgħixu ħajja indipendenti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport