Id-Dar tal-Providenza tifraħ lis-Sur Oliver Scicluna għall-ħatra tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.
F’din il-kariga ġdida, is-Sur Scicluna se jkun qed iġib miegħu għarfien u esperjenza ta’ ħidma kbira fis-settur tal-persuni b’diżabiltà. Il-ħidma ġdida tiegħu żgur se tkompli tgħin biex is-servizzi offruti mill-Aġenzija Sapport ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità li jeħtiġuhom. Għaldaqstant, id-Dar tal-Providenza twiegħed il-koperazzjoni sħiħa tagħha.
Id-Dar tal-Providenza tixtieq tirringrazzja wkoll lill-eks Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport, is-Sinjura Ruth Sciberras, tal-ħidma li wettqet fi ħdan l-Aġenzija u tal-koperazzjoni sħiħa li sabet mingħandha d-Dar tal-Providenza fil-ħidma tagħha.