L-attendenza tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov għal-laqgħa tal-OSCE f’Maltta xejn ma niżlet tajjeb mad-delegazzjonijiet tal-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u l-Litwanja. Il-Polonja, tkellmnet apertament dwar in-nuqqas ta’ qbil tagħha għal parteċipazzjoni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu fil-konferenza.
Hu mistenni lid-delegazzjoni tal-Polonja u r-Repubblika Ċeka jitilqu l-barra mil-laqgħa hekk kif jidħol il-Ministru Russu.