Sunday, October 12, 2025

Id-delizzji se jkunu protetti fil-kostituzzjoni ta’ pajjiżna

– il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività politika fil-Każin San Ġorġ f’Bormla l-Ħadd filgħodu ħabbar li fil-jiem li ġejjin se tkun qiegħda titressaq emenda fil-Parlament li biha d-delizzji u t-tradizzjonijiet Maltin jiġu mħarsa darba għal dejjem.

Dr Abela qal li flimkien mas-salvagwardjar tat-tradizzjonijiet Maltin, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-investimenti fid-delizzji tradizzjonali se jkompli jitkattar.

Il-Prim Ministru fakkar fl-investimenti li saru favur id-delizzji u tradizzjonijiet Maltin minn Gvern Laburista. Semma fost l-oħrajn li nfetħu bosta ċentri sportivi, xtara bosta każini, u ta bidu għax-xogħol fuq trakka tal-karozzi.

Kien hawn li Dr Abela ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jixtri l-każini tal-banda tal-Madonna ta’ Pompeii f’Marsaxlokk, kif ukoll tal-Kings’ Own fil-Belt Valletta.

Waqt l-istess attività politika, il-Prim Ministru ħabbar li l-wiċċ tat-trakka fil-limiti ta’ Ħal Far se jkun qed jitlesta sabiex imbagħad jingħata bidu għall-b

Fil-ġimgħat li ġejjin ukoll, Dr Abela ħabbar li l-korsa taż-żwiemel fil-Marsa se tkun qed titlesa u se tkun lesta li tospita mill-ġdid diversi tiġrijiet taż-żwiemel.

Waqt l-istess attività politika, tkellmu numru ta’ kelliema li lkoll esprimew it-tħassib tagħhom dwar dak li pprova jagħmel il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament meta permezz ta’ mozzjoni poġġa aħt theddida d-delizzju ta’ kull Malti u Għawdxi.

Huma wrew l-apprezzament tagħhom lejn il-ħidma tal-Gvern biex id-delizzji u t-tradizzjonijiet Maltin jiġu protetti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport