Saturday, November 23, 2024

Id-demm ta’ San Gennaro jibqa’ ma jinħallx

Aqra wkoll

Għalxejn ma serviet it-tieni quddiesa ċelebrata llum biex jinħall id-demm ta’ San Gennaro, miraklu tant mistenni fil-belt Naplitana, liema miraklu jseħħ tliet darbiet fis-sena. Dan qed ikun rapportat mill-midja Taljana, hekk kif qed ikompli t-talb fil-Kattidral bit-tama li jitħabbar li l-miraklu sar.

Fis-6.30 p.m. se tkun ċelebrata quddiesa oħra mill-Arċisqof ta’ Napli, il-Kardinal Crescenzio Sepe.

Il-miraklu ta’ San Gennaro qabel il-Milied jikkommemora l-intervent ta’ San Gennaro li salva lill-belt ta’ Naplu mill-iżbroff tal-Vesuvju nhar is-16 ta’ Diċembru tal-1631.

Dak ta’ Diċembru, li huwa magħruf bħala l-“miraklu lajk”, huwa t-tielet appuntament fis-sena liturġika li fih jinħall id-demm tal-qaddis. Id-demm jinħall ukoll fl-ewwel Ħadd ta’ Mejju, u nhar id-19 ta’ Settembru, il-jum li jfakkar il-martirju tal-patrun ta’ Napli u tal-Campania.

Sport