Ftit tas-sigħat ħarġet l-aħbar li l-Viċi President tal-Parlament Ewropew Eva Kaili ġiet arrestata, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li “d-Demokrazija Ewropea tinsab taħt attakk.”
Metsola kompliet tgħid li “s-soċjetajiet demokratiċi, miftuħin u liberi huma kollha taħt attakk”.
Il-Pulizija Belġjana arrestat erbgħa persuni fosthom Eva Kaili fejn ġew mixlija b’korruzzjoni u b’ħasil ta’ flus.
Min-naħa tagħha l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li dawn l-akkużi huma ta’ tħassib serju filwaqt li sejħet biex l-Unjoni Ewropea toħloq taqsima ta’ etika.
Fi ftittxija li saret f’diversi postijiet il-Pulizija Belġjana sabet madwar €600,000 fi flus kontanti. Il-pulizija sabet ukoll ammont ta’ mobiles u anke compjuters.
S’issa ma nħareġ l-ebda isem ta’ xi suspettat, iżda sorsi kkonfermaw li Kaili hija waħda mill-persuni arrestati.
L-imputati ġew akkużati b’sehem f’organizzazzjoni kriminali, ħasil ta’ flus u korruzzjoni.
Kaili ilha tmien snin membru tal-Parlament Ewropew. Hi ġiet sospiża minn kull kariga waħda minnhom ta’ Viċi President tal-istess Parlament.
Il-Qorti Griega wkoll iffriżaw l-assi kollha ta’ Kaili filwaqt li qalu li huma lesti jikkoperaw b’mod sħiħ mal-pulizija Belġjana.