Skönt uffiċjali tas-sigurtà f’Kabul, id-deputat gvernatur ta’ Kabul safa maqtul fi splużjoni kkawżata minn bomba li twaħħlet mal-vettura li kien fiha. Mahboobullah Mohebi u s-segretarju tiegħu mietu waqt li kienu qed jivjaġġaw.
S’issa l-ebda grupp ma ddikjara li hu responsabbli minn dan l-attakk. Dawn huma l-aħħar żewġ vittmi minn fost lista ta’ ġurnalisti, attivisti u politiċi li spiċċaw fil-mira ta’ attakki simili fl-aħħar ġimgħat.
Dan ix-xahar Kabul sfat attakkata wkoll minn rockets u rat ukoll attakki f’ċentri edukattivi, inkluż massakru ta’ studenti f’università. L-ISIS iddikjarat li kienet responsabbli mill-massakru tal-istudenti u wieħed mill-attakki li fihom intużaw ir-rockets.