Saturday, November 23, 2024

Id-Deputat Nazzjonalist Stephen Spiteri jirrikonoxxi li Malta għelbet ħafna mill-ġlieda kontra l-Covid

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tenna li l-gwerra kontra l-Covid-19 għadha mhix mirbuħa. “Inkunu qed innaqqsu r-rispett jekk ngħidu li irbaħna l-COVID19. Imma rrid ngħid li pajjiżna irnexxielu jiġġieled din l-isfida u għeleb ħafna minnha,” tenna Spiteri.

“Kieku ma tajniex kas u l-poplu ma osservax ir-regolamenti, kieku kulħadd mar jixxala u ma kellniex il-Pulizija jinfurzaw, kieku m’għandniex dawn in-numri. Kienu n-numri huma ħafna ikbar. Kieku għandna ħafna aktar anzjani vittmi. Ejja inkunu responsabbli u nkomplu nedukaw u nkomplu nenfasizzaw li nosservaw ir-regolamenti u mhux qisu spiċċa kollox”.

Id-Deputat Spiteri qal dan meta tkellem dwar l-estimi ta’ dħul u infiq tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2020.

Sport