Waqt il-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li qed issir fi Brussell, id-Deputat Prim Ministru Pollakk irringrazzja lill-awtoritajiet Maltin, li tul din il-ġimħa taw l-għajnuna kollha possibbli lill-familja Pollakka.
Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Ian Borg, li ħabbar dan.
Dan fl-inċident traġiku li seħħ fiċ-Ċirkewwa, meta nhar it-Tnejn filgħaxija, mewġ qawwi kaxkar lit-tifla, Oliwia Wojnowska.
Bil-forzi tal-ordni lokali għamlu mal-40 siegħa, f’maltemp qawwi, ifittxu lit-tifla ta’ 13-il sena, iżda lbieraħ filgħodu, sfortunament instabet bla ħajja qrib Paradise Bay.

