Friday, November 15, 2024

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne magħżul biex ikun parti mill-One Health Global Leaders Group

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li u onorat bil-kontribuzzjoni u r-rappreżentazzjoni ta’ pajjiżna fil-komunità tax-xjenza

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, ġie magħżul biex jifforma parti minn  grupp internazzjonali ta’ esperti li jagħtu pariri u linji gwida lill-istituzzjonijiet ewlenin tas-saħħa  madwar id-dinja fosthom il-World Health Organisation, il-World Organisation for Animal Health, u  l-Food and Agriculture Organisation of the United Nations. 

Dan hekk kif inħatar membru filOne Health Global Leaders Group, grupp speċjalizzat li se jkun qed  jiffoka fuq Antimicrobial Resistance u kif il-pajjiżi madwar id-dinja qegħdin jieħdu ħsieb lill popolazzjonijiet kontra dawn il-mikrobi li jistgħu jwasslu għall-imxija ta’ mard reżistenti għall mediċini eżistenti.  

Dan il-grupp internazzjonali hu magħmul minn numru żgħir ta’ prim ministri, ministri, u  professjonisti fil-qasam tas-saħħa. Fil-fatt, Chris Fearne huwa wieħed minn 26 persuna appuntata  minn madwar id-dinja. 

Dwar dan ir-rwol ġdid, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr li jinsab onorat li Malta ser  ikollha vuċi f’dan il-grupp prestiġjuż, li ser ikun qed iħares is-saħħa tal-popolazzjonijiet madwar id dinja u jinfluwenza l-politika globali tas-saħħa. Huwa rringrazzja lill-komunità internazzjonali  xjentifika tal-fiduċja li qegħdin juru fih. 

Ekonomija

Sport