Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus f’messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali qal li hu lest li jċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu f’każ li l-mexxej il-ġdid mhux diġà membru tal-Parlament.
“Tkellimt fit-tul mal-kollegi fil-grupp Parlamentari, kif ukoll ma’ attivisti u partitarji Nazzjonalisti. Huwa ċar ħafna li n-nies iridu l-għaqda b’mod urġenti. Ħareġ evidenti wkoll li l-aqwa persuna li tista’ ġġib l-għaqda u tappella għall-elettorat tista’ tkun mhux Membru Parlamentari. Għalhekk b’sens ta’ responsabbilità jien lest li nċedi posti,” kiteb id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.