Il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola fuq il-midja soċjali awgurat lil Miriam Dalli, hekk kif aktar kmieni llum l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista qabel biex tieħu siġġu fil-Parlament Malti. F’messaġġ qasor, Metsola qalet li “d-dibattiti bejnietna ħa jonqsu iżda xtaqt nawguralha hekk kif titlaq mill-Parlament Ewropew u tkompli fi triq oħra fil-politika.”
Kompliet tgħid li “għal numru ta’ snin, jien u Miriam Dalli konna fuq in-naħat opposti ta’ numru ta’ dibattiti – uħud minnhom fundamentali għal pajjiżna. Però bħala nisa fil-politika, affaċjajna sfidi simili. Bħala ġenituri rajna uliedna jikbru taħt il-lenti politika. Bħala Maltin, it-tnejn li aħna fehmna l-importanza li nestendu xogħolna fl-istituzzjonijiet Ewropej.”