Monday, November 18, 2024

Id-Difiża titlob li tiġi eżebita l-inkjeta indipendenti fil-każ tal-qtil ta’ Bernice

Aqra wkoll

L-avukati ta’ Roderick Cassar, li jinsab mixli bil-qtil ta’ martu Bernice, talbu li l-inkjesta li kien għamel l-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia dwar il-każ, għandha tiġi esebita fil-Qorti. 

L-imputat jinsab mixli b’xejn inqas minn 15-il akkuża b’dik ewlenija tkun l-omiċidju-femiċidju ta’ Bernice. Il-każ seħħ nhar it-22 ta’ Novembru li għadda f’Kordin. 

L-Avukat Franco Debono, li qed jidher għall-imputat, talab li jingħata kopja tar-rapport tal-inkjesta li kien għamel l-imħallef irtirat Geoffrey Valenzia dwar il-każ. F’dan il-waqt, il-Prosekuzzjoni staqsiet x’kienet ir-rilevanza għal dan it-talba tad-Difiża.

Il-Maġistrat Joe Mifsud, li qed jippresjedi fil-kawża, qal li l-avukat difensur kien jaf  mnejn jista’ jagħmel rikors biex jakkwista kopja tal-inkjesta, u għalhekk ma kellux għalfejn jagħmel din it-talba li biha seta’ jgħabbi lill-Qorti. 

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Angele Vella, Anthony Vella u Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Wayne Camilleri, Shawn Pawney u Paul Camilleri. 

L-Avukati Franco Debono Debono, Arthur Azzopardi, Marion Camilleri u Jacob Magri dehru għall-imputat. L-Avukati Stefano Filletti, Marita Pace Dimech, Ann Marie Cutajar u Rodianne Sciberras dehru parte civile. 

Il-każ ikompli f’Mejju. 

Ekonomija

Sport