Friday, July 18, 2025

“Id-dinja onlajn hija estensjoni u parti mis-soċjetà tagħna” – is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg

Aqra wkoll

Id-dinja onlajn illum  m’għadiex dik l-għodd li forsi wieħed jista’ juża. Imma hija estensjoni u parti mis-soċjetà tagħna. Illum ma nistgħux nitkellmu dwar il-ħarsien u t-tisħiħ tas-soċjetà mingħajr ma’ nitkellmu dwar dak li jiġri fid-dinja onlajn, id-dinja virtwali. 

Dan iddikjaratu s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg hekk kif kienet qed tagħmel diskors fil-Parlament. Is-Segretaju Parlamentari stqarret li dan id-dibattitu jara l-introduzzjoni ta’ żewġ reati ġodda fil-Kodiċi Kriminali, li huma s-Cybertalkking u l-Bullying onlajn, li nirreferu għalih bħala cyber bullying. 

Buttigieg enfasizzat li filwaqt li huwa importanti li nkunu nafu x’inhuma r-riskji li jeżisstu u li wieħed jaġixxi biex tonqos il-possibilità tagħhom, irid ikkun hemm liġijiet li jservu ta’ deterrent u li jibgħatu messaġġ ċar fuq liema naħa tinsab is-soċjetà mta jkun hemm min jabbuża. Soċjetà li għandha u qiegħda hawn biex iżomm l-ordni u biex tipproteġi lill-vittma u lill-iktar vulnerabbli. 

Is-Segretarju Parlamentari qalet ukoll; “L-importanti nemmen jien, li qatt  ma nagħlqu għajnejna għal dak li b’mod evidenti jkun jeħtieġ l-intervent tagħna inkluż bħala leġiżlaturi. Għalhekk irrid ngħid li b’dawn l-emendi għal darb oħra dan il-Gvern qed juri li għandu jdejh fuq il-polz tas-soċjetà u jiġħi hawn u jilleġiżla dwar il-ħtiġijiet tas-soċejtà”

B’referenza għal Qorti, Buttigieg qalet  “Qed indaħħlu pieni li jvarjaw minn sena sa ħames snin ħabs. Multa li titla’ sa massimu ta’ €30,000. Iktar minn hekk, meta l-Qorti tiġi biex tikkunsidra l-pieni għandha tqis bħala każ iktar gravi jekk il-vittma tkun minorenni jew vulnerabbli mentalment. Kif ukoll jekk ir-reat isir minn iktar minn persuna waħda flimkien, iġifieri jkollok grupp ta’ persuni li jingħaqdu f’din l-attivita kriminali serji, u b’konsegwenzi serji”

Matul id-diskors tagħha, Buttigieg appellat minn qalbha sabiex jekk hawn min għaddej minn xi tip ta’ diffikultajiet sabiex ifittex l-għajnuna. Qalet li hawn helplines pubbliċi b’nies professjonisti u li għalhekk għandhom iċemplu hemm. Hemm ukoll aġenzija għall-appoġġ tal-vittmi li lesta li tgħin ukoll. 

Tenniet tgħid li; “Forsi min ikun wara l-iscreen aħna ma nkunux qed narawh. Forsi jkun qed jiskorlja jew isegwi fil-kwiet ta’ daru. Imma sakemm in-naħa l-oħra għandek bniedem għandek qalb, għandek persuna li tħoss u din l-għodda tant importanti m’għandix tinbidel f’arma li tweġġa jew tagħmel il-ħsara li dak li jkun. Fejn ikun hekk, is-soċjetà għandha bla dubju tipproteġi b’saħħa lill-vittma u dak huwa li qed nagħmlu llum”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport