Madwar 15-il minuta ilu, id-dinja bdiet tilqa’ s-sena l-ġdida – 2026.
L-ewwel pajjiżi li sellmu lil 2025 u laqgħu s-sena l-ġdida kienu New Zealand, Samoa, Tonga u Tokelau.
Minn issa ‘l quddiem, siegħa wara oħra kull pajjiż jibda’ jilqa’ s-sena l-ġdida.
Fi bliet kbar bħal Sydney, New York, Londra, Pariġi fost oħrajn mistennija ċelebrazzjonijiet kbar fejn miljuni ta’ persuni jkunu miġburi flimkien biex jilqgħu lis-sena l-ġdida.


