Saturday, November 9, 2024

Id-dinja tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Voluntiera bit-tema ‘Flimkien Nistgħu Permezz tal- Volontarjat’

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Imfakkar ix-xogħol kruċjali li l-organizzazzjonijiet volontarji jwettqu fis-soċjetà bl-assistenza tal- voluntiera

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, għal din is-sena, biex tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal- Voluntiera għażlet it-tema ‘Flimkien Nistgħu Permezz tal-Volontarjat’. Din is-sena qed ikun iċċelebrat il-35 sena minn meta l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, waqt l-Assemblea Ġenerali, ħabbret li l- 5 ta’ Diċembru ta’ kull sena se jkun iddedikat lill-voluntiera kollha.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, bħala r-regolatur ewlieni f’pajjizna tal- organizzazzjonijiet volontarji jingħaqad mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti biex f’dan il-jum speċjali jfakkar il-ħidma importanti li l-voluntiera jwettqu fi ħdan is-soċjetà Maltija u Għawdxija. Din is-sena, aktar minn snin oħrajn, hekk kif għaddejjin minn zminijiet abnormali minħabba l-imxija tal- COVID-19, il-pubbliku għaraf aktar l-importanza tax-xogħol siewi li jwettqu l-organizzazzjonijiet volontarji permezz tal-voluntiera tagħhom.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji jixtieq jirringrazzja lill-voluntiera kollha li joffru l-ħin u l-ħiliet tagħhom b’altruwiżmu għall-proxxmu u wkoll b’sens ta’ dover għall-komunità.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji jixtieq jestendi l-apprezzament tiegħu għax-xogħol imwettaq mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Sport