Friday, December 20, 2024

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jibgħat 25 mine detector lill-poplu Ukren

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkun qed jibgħat 25 mine detector lill-poplu Ukren, li bħalissa jinsab fi gwerra. Din se tkun it-tieni darba f’sena li d-Dipartiment se jkun qed jibgħat għajnuna umanitarja lill-poplu Ukren wara li f’Jannar li għadda kien bagħat generators lill-istess pajjiż, u kif ukoll wara li matul din is-sena l-istess Dipartiment bagħat għajnuna lit-Turkija, is-Sirja, il-Greċja u l-Libja. Din id-donazzjoni ta’ mine detectors qed issir bħala parti mill-mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropeja tal-Protezzjoni Ċivili, li Malta tagħmel parti minnu. Fil-fatt dawn id-detectors se jkunu qed jintużaw f’żoni ristretti tal-Ukrajna.

Fi żjara li għamel il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, fil-kwartieri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Ħal Far, intqal kif dan id-Dipartiment issa qed jagħti sostenn konkret mhux biss f’pajjizna iżda wkoll fuq livell internazzjonali. “Għal darb’oħra Malta qed terġa’ tibgħat għajnuna umanitarja lill-pajjiż ieħor. Permezz tal-mekkaniżmu Ewropew tal-Protezzjoni Ċivili qed nibgħatu mine detectors ġewwa l-Ukrajna sabiex jintużaw f’dan il-pajjiż li preżentament il-poplu qed isofri minħabba gwerra. Dan jingħaqad ma’ diversi għajnuniet oħra, mhux biss dak li bgħattna lill-Ukrajna u pajjiżi oħra, iżda anke għajnuna oħra konkreta tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili fil-Libja, u anke għajnuna lit-Turkija u l-Greċja fost oħrajn,” temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Ic-Chief Assistance Rescue Officer, Fredrick Sammut, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, spjega kif dawn il-mine detectors se jkunu qed jintużaw mill-poplu Ukren biex ikun żgurat li l-art hija waħda sigura u ma hemmx perikli. Preżenti wkoll għal din iż-żjara kien hemm id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili, Peter Paul Coleiro, u d-Direttur tal-Operat fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili Anthony Pisani.

Ekonomija

Sport