Thursday, December 26, 2024

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jindirizza l-problema ta’ strutturi perikolużi

Aqra wkoll

F’diskors li għamel fil-Konferenza Mediterranja dwar il-ħsara li ssir lill-kosta, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq fuq il-ħtieġa li pajjiżna jaddatta u jieħu miżuri kontra r-riskji li qed iġib it-tibdil fil-klima bħalma huma l-għoli fil-livell tal-baħar u aktar maltempati qawwija li jħallu konsegwenzi ta’ ħsara fuq il-kosta.

Il-ħsara li mal-medda taż-żmien issir lill-kosta mhijiex problema ġdida u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ilu ħafna jieħu ħsieb din il-problema partikolarment meta jaslulu rapporti ta’ strutturi perikolużi u blat li jkunu qed jaqgħu u li joħolqu perikli għan-nies. Dawn ir-rapporti jkunu investigati minnufih u jkunu notifikati mill-ewwel il-pulizija u l-Kunsilli Lokali filwaqt li meta tkun involuta art privata, is-sidien ikunu mgħarrfa mill-ewwel.

S’issa kienet tintuża s-sistema li d-Dipartiment jara x’inhuma l-inħawi b’riskju u għal dawn jingħalaq l-aċċess sakemm jitħejja rapport. Dan il-metodu mhuwiex wieħed sodisfaċenti għaliex illum jeħtieġ li nindirizzaw dawn il-problemi b’metodi aktar infurmati u ko-ordinati aħjar. Il-Gvern ser ikun qed jindirizza dan in-nuqqas bil-għan li naddattaw għaċ-ċirkustanzi tal-lum fejn irridu naraw x’riskji ser tiffaċċja l-kosta Maltija bit-tibdil fil-klima li jista’ jirriżulta f’żieda fil-livell tal-baħar u anke ħsara lill-kosta minn maltempati qawwija. 

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi temm jgħid li għandna sfida quddiemna biex nipprotegu l-kosta tagħna, li hija riżors imprezzabbli għal pajjiżna u għaldaqstant irridu naġixxu u naħdmu flimkien. 

Ekonomija

Sport