Saturday, December 21, 2024

Id-diplomazija Amerikana falliet fil-Lvant Nofsani

Aqra wkoll

Sena ilu, wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru u l-bidu tal-offensiva ta’ Iżrael f’Gaza, il-president Amerikan Joe Biden sar l-ewwel president tal-Istati Uniti li żar Iżrael fi żmien ta’ gwerra. Kien iltaqa’ mal-prim ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-kabinett tal-gwerra f’Tel Aviv, u qal li Iżrael m’huwiex waħdu fl-istess waqt li ħeġġeġ ukoll lit-tmexxija ta’ Iżrael biex ma tirrepetix l-iżbalji li għamlet Amerika wara l-11 ta’ Settembru 2001.

F’Settembru ta’ din is-sena fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York, il-President Biden mexxa sejħa globali u ħeġġeġ għat-trażżin tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Hezbollah. Disgħin minuta wara, bdoti Iżraeljani sparaw bombi “bunker buster” fornuti mill-Amerika lejn bini fin-Nofsinhar ta’ Bejrut. L-attakk qatel lill-mexxej tal-Hezbollah Hassan Nasrallah.

Id-diplomazija ta’ Biden kienet qed tiġi midfuna fil-fdalijiet ta’ attakki mill-ajru Iżraeljan bl-użu ta’ bombi fornuti mill-Amerikani.

L-akbar għan uniku għad-diplomazija kif iddikjarat mill-amministrazzjoni Biden kienet li tikseb waqfien mill-ġlied u l-ħelsien tal-ostaġġi miżmuma mill-Ħamas. F’Gaża, l-offensiva massiva ta’ ritaljazzjoni ta’ Iżrael qatlet kważi 42,000 Palestinjan, skont ċifri tal-ministeru tas-saħħa mmexxi mill-Ħamas, filwaqt li t-territorju ġie ridott għal pajsaġġ ta’ qerda, spostament ta’ persuni ċivili u ġuħ.

In-Nazzjonijiet Uniti tgħid li għadd rekord ta’ ħaddiema tal-għajnuna nqatlu f’ attakki Iżraeljani, filwaqt li gruppi umanitarji akkużaw kemm-il darba lill-Iżrael li jimblokka l-vjaġġi – xi ħaġa li l-Iżrael ċaħad b’mod konsistenti. Sadanittant, il-gwerra nfirxet mix-Xatt tal-Punent okkupat lejn il-Libanu. L-Iran il-ġimgħa li għaddiet spara 180 missila lejn l-Iżrael bħala ritaljazzjoni għall-qtil ta’ Nasrallah, il-mexxej tal-grupp Hezbollah appoġġjat mill-Iran.

L-amministrazzjoni Biden ipprovat fl-istess ħin tappoġġja u trażżan lill-Prim Ministru Iżraeljan Netanyahu. Iżda l-għan tagħha li tnaqqas il-kunflitt u ssenserija għal waqfien mill-ġlied falla għal kollox.

Qabel l-invażjoni ta’ Rafah, Biden issospenda kunsinna waħda ta’ bombi ta’ 2,000 libbra u 500 libbra hekk kif ipprova jiddisswadi lill-Iżraeljani minn attakk totali. Iżda l-president immedjatament iffaċċja reazzjoni mir-Repubblikani f’Washington u minn Netanyahu nnifsu li qabbel is-sospensjoni ma “embargo fuq l-armi”. Minn dakinhar Biden neħħa parzjalment is-sospensjoni u qatt ma rrepetiha.

Fir-reġjun, ħafna mix-xogħol sar mill-kap diplomatiku Amerikan, Anthony Blinken. Huwa għamel għaxar vjaġġi lejn il-Lvant Nofsani minn Ottubru f’rawnds ta’ diplomazija veloċi, flimkien mal-ħidma sigrieta tas-CIA biex jipprova jagħlaq ftehim ta’ waqfien mill-ġlied f’Gaża bejn Iżrael u l-Ħamas.

Fid-disa żjara ta’ Blinken, f’Awwissu, l-Amerikani saru dejjem aktar eżasperati. Żjara li bdiet b’ottimiżmu li ftehim jista’ jintlaħaq, spiċċat f’Doha fejn lil Blinken qalulu li l-Emir tal-Qatar, li d-delegazzjoni tiegħu hija kritika biex tikkomunika mal-Ħamas, kien marid u ma setax jarah.

Għall-kritiċi, is-sejħa tal-Istati Uniti għat-tmiem tal-gwerra fl-istesswaqt li baqgħet tforni lill-Iżrael b’mill-inqas $3.8 biljuni f’armamenti fis-sena, hija kontradizzjoni diretta. Dawn il-kritiċi jargumentaw li l-espansjoni attwali tal-gwerra fil-fatt hija turija, aktar milli falliment, tal-politika diplomatika tal-Istati Uniti.

Li jingħad li l-Istati Uniti mexxiet id-diplomazija huwa minnu fl-iktar sens superfiċjali fis-sens li twettqu ħafna laqgħat. Iżda qatt ma għamlet sforz raġonevoli biex tbiddel l-imġiba tal-Iżrael, jgħid l-eks uffiċjal tal-intelliġenza Harrison J. Mann. Mann irriżenja aktar kmieni din is-sena bi protesta kontra l-appoġġ tal-Istati Uniti għall-attakk tal-Iżrael f’Gaża u n-numru ta’ ċivili li qed jinqatlu bl-użu tal-armi Amerikani.

L-eks Prim Ministru Iżraeljan Ehud Olmert jgħid li d-diplomazija ta’ Biden ammontat għal livell ta’ appoġġ bla preċedent lill-Iżrael, iżda jemmen li Biden ma setax jegħleb ir-reżistenza ta’ Netanyahu.
Kull darba li ftehim kien fil-qrib, Netanyahu b’xi mod sab raġuni biex ma jikkonformax, għalhekk ir-raġuni ewlenija għall-falliment ta din id-diplomazija kienet l-oppożizzjoni konsistenti ta’ Netanyahu, jgħid Olmert.

B’hekk jidher ċar li x-xkiel għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied kien id-dipendenza ta’ Netanyahu fuq l-ultranazzjonalisti “messjaniċi” fil-kabinett tiegħu li jsostnu l-gvern tiegħu. Huma qed iħeġġu għal rispons militari saħansitra aktar b’saħħtu f’Gaża u fil-Libanu. Żewġ ministri tal-lemin estrem dan is-sajf heddew li jirtiraw l-appoġġ għall-gvern ta’ Netanyahu jekk jiffirma ftehim ta’ waqfien mill-ġlied.

Il-Prim Ministru Iżraeljan ripetutament ċaħad l-allegazzjonijiet li mblukka l-ftehim, u insista li kien favur il-pjanijiet appoġġjati mill-Amerikani u fittex biss “kjarifiki”.

Il-mentalità ta’ Biden, li tirfed il-pożizzjoni tal-amministrazzjoni tiegħu, ġiet iffurmata fi żmien meta l-istat Iżraeljan li kien għadu qed jitwieled kien meqjus bħala f’periklu eżistenzjali immedjat, jgħid Rashid Khalidi, il-Professur Emeritus ta’ Edward Said tal-Istudji Għarab Moderni fl-Università ta’ Columbia fi New York.

“Biden huwa mwaħħal f’medda ta’ żmien ħafna itwal. Huwa sempliċement ma jistax jara affarijiet bħal… 57 sena ta’ okkupazzjoni u l-qtil f’Gaża, ħlief minn lenti Iżraeljana jgħid il-Prof Khalidi.

Kamala Harris, is-suċċħala kandidat Demokratiku fl-elezzjoni presidenzjali tax-xahar id-dieħel u r-Republikan Donald Trump, ma stabbilixxew xi pjanijiet speċifiċi lil hinn minn dak li diġċess dwar kif se jilħqu ftehim. Madankollu, l-elezzjoni għadha tista tipprova l-punt ta’ svolta li jmiss f’din il-kriżi li qed teskala drastikament, iżda kif għadu mhux evidenti.

Ekonomija

Sport