Tuesday, December 16, 2025

Id-direttur famuż Rob Reiner u martu maqtula f’darhom

Delitt ikrah b’sikkina… mhiex eskluża l-possibbiltà li hemm xi ħadd tal-familja involut

Aqra wkoll

Il-pulizija ta’ Los Angeles qiegħda tinvestiga l-qtil makabru tad-direttur famuż tal-films u attur Rob Reiner, li kellu 78 sena u martu Michele Singer Reiner, ta’ 68-sena. Il-koppja ta’ profil għoli instabet mejta fid-dar tagħhom fiż-żona residenzjali fil-Brentwood f’Los Angles. Reiner kien magħruf għall-films li kienu kisbu suċċess kbir bħal “When Harry Met Sally…” u “The Princess Bride u A Few Good Men”.

Id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar  wieġeb għal sejħa għall-għajnuna medika l-Ħadd filgħodu. Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Los Angeles (LAPD) stabbilixxa l-investigazzjoni bħala omiċidju u biex tassisti ġiet involuta id-diviżjoni tal-omiċidji b’mottivi ta’ serq. S’issa jidher li m’hemm l-ebda suspettat għal dan il-qtil doppju u l-kawża uffiċjali tal-mewt għadha għaddejja stħarriġ mill-eżaminatur mediku tal-kontea.

Ir-rappreżentanti tal-familja ħarġu stqarrija fejn qalu li, “b’qalbna maqsuma nħabbru l-mewt traġika ta’ Michele u Rob. Aħna mweġġa’ ħafna minn din il-telfa u nitolbu għal privatezza f’dan iż-żmien diffiċli.”

Skont rapporti mhux uffiċjali fil-midja internazzjonali, jingħad li l-investigaturi għadhom qegħdin janalizzaw iċ-ċirkostanzi tal-każ u li mhumiex jeskludu l-possibbiltà ta’ involviment minn xi membru tal-familja,. 

Il-ħajja u l-karriera ta’ Reiner qegħdin ikunu imfakkra minn personalitajiet kbar tal-industrija tal-films. Sadanittant, il-komunità tal-films u tal-arti esprimet tħassib u d-diżappunt tagħha għal dak li ġara lil Reiner u lil martu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport