Wednesday, September 10, 2025

Id-Direttur ta’ Miss Malta jispjega kif skwalifikazzjoni ta’ mudella żgħira kienet sitwazzjoni ferm diffiċli għalih … jgħid li hu pprova jfiehem lil omm

… fuq skwalifikazzjoni ta’ mudella żgħira jgħiidilna li din kienet sitwazzjoni ferm diffiċli għalih

Aqra wkoll

B’referenza għalll-artiklu li dan is-sit kien kiteb matul tmiem din il-ġimgħa, tal mudella ta’ 8 snin li ommha allegat li bintha kienet ġiet skwalifikatha minn kompetizzjoni tal-immudellar, dan is-sit tkellem ukoll mad-Direttur ta’ Kersten Borg sabiex jara s-sitwazzjoni. 

Kersten beda biex qalilna li fil-każ ta’ terminazjoni mill-konkors Junior Miss International Malta, hu nnifsu għamel telefonata ta’ sitt minuti ma’ omm Aisha, fejn qalilna li  spjegalha l-għaġir u r-raġunijiet kollha għaliex ħa din deċiżjoni li ma kinitx faċli u anki b’telf ta finanzi minħabba din deċiżjoni.

Hawnhekk, Kersten żied jgħid li eżattament wara li ntemmet it-telefonata bejnu u bejn omm Aisha, ftit minuti wara d-direttur innifsu bagħat il-flus kollha lura tal-ispejjeż, biex ma jkunx hemm min jaħseb li minħabba flus. 

Qalilna wkoll; “Ommha fil-messaġġi jidher biċ-ċar li l-spegazzjonijiet li tajt femithom sew, għax fil messaġġi bagħtet lura,  li tifla qatt ma għamlet dan l-għaġir u attidudni minħabba”

Id-Direttur żied jgħid; “Minflok il-ġentiur ħadet azzjoni u tkellmet mat-tifla, hi pruvat tallega li jien keċċejtja minħabba xi ħaġa nikkwotha “fishy”. Meta tellgħet post fuq il-midja socjali li direttur termina bla ragunijiet lit-tifla mill-kompetizzjoni , hija kollha misinformazjoni u ifondata fuq gideb u biex tagħmel ħsara lill-istess organizazzjoni

Enfasizza li min-naħa tiegħu, huwa saħansitra għamel post fuq il-midja soċjali tiegħu biex jiklarifika fi kliem diplomatiku kemm biex jirispetta  il-fatt li l-kontestanta  u kif ukoll għal l-età żgħira tagħha, tant li ma qagħadx jidħol fil-każ bid dettalji alavolja kien hemm raġunijiet varji. 

B’referenza għal midja lokali, id-Direttur spjega; “nitlob li il- mezzi tal-midja u il-ġurnalimżu tagħmlu xogħol sew għax dan sar danni u ħsara kbira lil din l-organzizajoni li tant taħdem biex tfajliet jisaħħu fil-kunfidenza u il- personalità tagħhom. 

Temm jgħid li din l-organizazjoni mhux biss tipjana event, iżda anke tagħmel ċert li l-ambjent ta’ kull kontestanta ikun wieħed sigur u ta’ influenza tajba. 

Id-Direttur xtaq ukoll jiringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu messaġġ privati li tas-serjeta u d-dixxiplina li wera biex ikompli jaħdem għal ġid tal-organizazzjoni. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport