Sunday, December 22, 2024

Id-Diretturi ta’ Leisure Clothing jilmentaw li nkisrulhom id-drittijiet tagħhom

Aqra wkoll

L-eks Diretturi Ċiniżi tal-fabbrika Leisure Clothing, Jia Liu u Han Bin, li bħalissa qed jiskontaw sentenza ta’ sitt snin priġunerija fuq traffikar ta’ bnedmin, qegħdin jilmentaw li nkisrulhom id-drittijiet fundamentali tagħhom.

Han u Jian sostnew f’isimhom u f’isem il-kumpanija tagħhom li fiċ-ċirkostanzi partikolari, il-Qorti naqset milli tisma’ x-xhieda u li naqset ukoll milli tibgħat l-atti lura lill-Qorti tal-Maġistrati sabiex dawk ikunu jistgħu jistemgħu.

Huma sostnew li minħabba l-istess raġuni, huma qed jinkisrlihom id-dritt għal smigħ ġust. Ir-rikors ġie iffirmat mill-avukati Jose Herrera, Pio Valletta, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.

Il-Qorti ntalbet sabiex tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tas-sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati u tal-Qorti tal-Appell Kriminali. Il-Qorti ntalbet ukoll tiddikjara jekk ma taqbilx mal-evalwazzjoni tal-fatti skont l-ewwel Qorti.

Fit-tieni rikors saret talba lill-Qorti sabiex jiġu ddikjarati l-assi maqbuda tal-eks Diretturi Ċiniżi sabiex jiġu vverifikati li ma kinux profitti jew dħul minn reati taħt l-Att dwar id-Drogi Perikolużi u lanqas proprjetà akkwistata jew miksuba bl-użu ta’ tali profitti jew dħul u għalhekk tkun irrevokata l-ordni tal-Qorti tal-Żppell Kriminali għall-konfiska tagħhom.

Ekonomija

Sport