Saturday, September 21, 2024

Id-diriġenti ta’ Manchester City kuntenti bir-ritorn ta’ Gundogan

Aqra wkoll

14-il xahar wara li telaqhom, Ilkay Gundogan reġa’ ingħaqad ma’ Manchester City. Dan kollu seħħ wara li hu ma ġeddidx il-kuntratt ta’ sena li kellu ma’ Barcelona, possibbilment għax ma kienx qed iħossu għal qalbu.

Din l-aħbar ġiet milqugħa tajjeb mid-diriġenti ta’ The Citizens inkluż d-direttur sportiv Txiki Begiristain li sostna kemm Gundogan hu plejer tajjeb ħafna u l-inklużjoni mill-ġdid tiegħu se jagħmilhom tim aktar b’saħħtu.

Fl-ewwel żmien tiegħu ma’ Manchester City, Gundogan lagħab 188 partita u skorja 44 gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport