Monday, December 23, 2024

Id-diriġenza l-ġdida Juventina fiduċjuża f’Massimiliano Allegri

Aqra wkoll

Minkejja li l-partitarji ta’ Juventus jinsabu diżappuntati u rrabjati għall-wirjiet riċenti tat-tim tagħhom, l-ogħla awtoritajiet Bianconeri tennew għal darb’oħra fiduċja fil-kowċ ta’ 55 sena.

Id-diriġenza l-ġdida tal-klabb fi stqarrija qalet li Allegri hu l-kowċ tal-preżent iżda anke tal-futur u għalhekk m’hemmx diskussjoni fuq min se jmexxi lit-tim għall-istaġun li ġej.

Allegri ngħaqad għat-tieni darba ma’ Juventus fl-2021 wara li bejn l-2014 u l-2019 mexxa lit-tim għal sitt kampjonati konsekuttivi.

Ekonomija

Sport