Wednesday, December 25, 2024

Id-diskussjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja huma “konfrontali” imma mexjin ’il quddiem

Aqra wkoll

Id-diskussjonijiet bejn l-Ukrajna r-Russja huma “konfrontali” iżda mexjin ’il quddiem. Qal dan il-President Ukren Volodymyr Zelenskiy, hekk kif il-pajjiżi tal-Punent qegħdin jippjanaw li jħabbru iktar sanzjonijiet fil-konfront tal-Kremlin.

Fid-diskors li jagħmel ta’ kuljum, Zelenskiy qal li n-negozjati ftit li xejn għamlu progress hekk kif dawn huma “diffiċli ħafna u f’ċertu waqtiet konfrontali”. Iżda huwa tenna li, “pass wara pass qegħdin nimxu ’l quddiem”. 

Intant, il-kunsill tal-belt ta’ Mariupol qal li l-attakki mill-ajru intensivi li r-Russja qiegħda twettaq wasslu biex din il-belt tinbidel “fi rmied ta’ art mejta”. Dan hekk kif l-offensiva Russja intensifikat bil-qawwa fuq din il-belt port. Mijiet ta’ eluf ta’ persuni jidher li għadhom maqbduin ġewwa din il-belt mingħajr provvisti ta’ ikel, ilma u elettriku. L-istess sindku qal li l-attakki Russi mhux qed jagħmlu distinzjoni bejn suldati u nies ċivili ġewwa din il-belt. 

Iktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm rapporti li r-Russja qiegħda tipprova ġġiegħel lill-belt ta’ Mariupol biex iċċedi billi tikkawża ġuħ kbir f’din il-belt. 

L-offensiva tal-President Russu Vladimir Putin fuq l-Ukrajna wasslet biex iktar minn 3.5 miljun persuna jitilqu mill-pajjiż, u ġabet ukoll iżolament ekonomiku kbir għar-Russja. 

Ekonomija

Sport