Saturday, February 21, 2026

Id-distakk ikkalkulat ikun ta’ bejn 25,000 u 29,000 vot favur il-Partit Laburista

Aqra wkoll

Dan l-istħarriġ sar bejn it-13 u d-19 ta’ Frar 2026 permezz tat-telefon u l-mowbajl fuq kampjun ta’ 1,200 persuna ta’ 16-il sena ’l fuq. Il-kampjun għandu Confidence Level ta’ 95% u marġni ta’ żball ta’ ±2.8%. Is-sample kien kalibrat fuq id-demografija Maltija u fuq kif in-nies ivvutaw fl-elezzjoni ġenerali tal-2022 sabiex tinkiseb preċiżjoni massima. Għal dawk li ma wieġbux, intuża l-metodu tal-Multiple Imputation.

Dan iddikjarah il-Professur Vincent Marmara hekk kif ippublika s-Sondagg Frar 2026: Riżultati dwar il-Partiti. Spjega li meta n-nies ġew mistoqsija kif jivvutaw jekk l-elezzjoni ssir għada, 46.8% qalu PL, 38.2% PN, 3.2% ADPD jew partiti oħra, u 11.8% baqgħu indeċiżi.

Marmara irirmarka; “Wara li napplika il-mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu, t-tbassir tar-riżultati finali jkunu: PL 52.8%, PN 42.6%, 4.6% ADPD jew partiti oħra.Minħabba l-ammont ta’ indeċiżi, ix-xenarji juru li d-distakk jista’ jvarja bejn 9% u 11%”.

Tenna jgħid li skond dan is-survey, jekk nassumu li l-voti validi huma ta’ madwar 77%, u wara diversi xenarji fuq l-indeċiżi, id-distakk ikkalkulat ikun ta’ bejn 25,000 u 29,000 vot favur il-Partit Laburista.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport