Saturday, December 21, 2024

“Id-distribuzzjoni tal-ikel lill-istudenti huwa minnu nnifsu ġest ta’ solidarjetà” – Il-Ministru Owen Bonnici

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici mar fuq il-post minn fejn qed jiġi preparat u jitlaq l-ikel sabiex ikun imqassam mat-tfal taħt Skema 9. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema li qed jagħmlu l-parti tagħhom biex jitqassam l-ikel, li minnha nnifisha hija ġest ta’ solidarjetà.

Qabel ma ngħalqu l-iskejjel, madwar 500 student taħt Skema 9, kien jingħatalhom l-ikel b’xejn mill-iskola. Il-Gvern kien kommess li wara l-għeluq tal-iskejjel jinsab proċess biex l-ikel ikompli jitqassam sad-djar tat-tfal li għandhom bżonn u b’hekk ittieħdet deċiżjoni mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex dan jitkompla.


Il-Ministru Bonnici spjega kif, “hawnhekk jiġi preparat l-ikel li iktar tard se jkun qed jittieħed lit-tfal fi djarhom stess. Il-Ministeru ħaseb biex isiru l-preparament neċessarji sabiex din tibqa’ ssir ta’ kuljum għat-tfal li għandhom bżonn. Saru arranġamenti wkoll biex it-tfal li għandhom bżonn u jattendu fi skejjel tal-Knisja jibbenifikaw minn din l-iskema wkoll.”

Ekonomija

Sport